Fenway Sports Group f’taħdidiet biex jingħaqdu mal-biljunarju Billy Beane fit-tmexxija ta’ Liverpool

Qed jiġi rrapurtat li s-sidien ta’ Liverpool Fenway Sports Group jinsabu f’taħdidiet biex jingħaqdu ma’ Billy Beane fit-tmexxija ta’ Liverpool.

FSG huma s-sidien ta’ Liverpool mingħand Tom Hicks u George Gillett lura fl-2010 u raw lil Liverpool jirbħu kemm il-Premier League kif ukoll iċ-Champions League matul ir-renju tiegħu.

Iżda l-miljunarju Billy Beane u l-bankier Gerry Cardinale qed jittamaw li jixtru l-ishma ta’ ditta tal-isport professjonali u jidher li qed juru x-xewqa li jingħaqdu ma’ FSG.

Beane, li huwa l-kap eżekuttiv tal-club li jimmilita fil-Major League Amerikan tal-baseball, Oakland Athletics, u ma’ Cardinal flimkien diġá għamlu s-somma ta’ xejn inqas minn $575 miljun din is-sena bħala parti minn dan il-pjan.

U issa qed jidher li qed jittamaw li jakkwistaw 25% tat-tmexxija ta’ FSG.

FSG huma wkoll is-sidien tal-club tal-baseball Boston Red Sox u huwa mifhum li l-pass min-naħa tagħhom ikun qed jiswiehom is-somma esorbitanti ta’ $8 biljun u jirriżulta fil-kumpanija li tmur fuq is-suq tal-ishma pubbliku.

Huwa mifhum li taħdidiet bejn iż-żewġ naħat għadhom fi stadju bikri għalkemm il-Financial Times qed tirraporta li Henry jinsab ħerqan li jiffinalizza kollox u jkollu l-kumpanija fuq is-swieq pubbliċi.

Għadu mhux magħruf jekk dan kollu hux se jkollu mpatt fuq Liverpool, li rebħu tlieta mill-ewwel erba’ partiti tagħhom fil-Premier League matul dan l-istaġun.

Henry innifsu ikkummenta rigward suċċesss ta’ Liverpool: “Il-fatt li aħna ċ-champions tal-Ingilterra u tal-Ewropa, irbaħna t-Tazza tad-Dinja tal-clubs u s-Super Cup huwa biss tragwrad staordinarju minn din l-organizzazzjoni u minn dawn il-players.

Share With: