Fil-Filippini: Uffiċjal jinqatel waqt raid għall-ġlied tas-sriedak wara li dan sar illegali fi żmien il-pandemija

Uffiċjal tal-Pulizija fil-Filippini spiċċa maqtul waqt raid għall-ġlied tas-sriedak. Lieutenant Christine Bolok intlaqat minn wieħed mis-sriedak li kienu qed jintużaw u sofra ġrieħi serji fi rkopptu.

Il-ferita kienet fatali minħabba li hu ntlaqat f’arterja minn xafra li tiġi mwaħħla ma saqajn is-sriedak, waħda mit-tradizzjonijiet f’dawn il-ġlied. Huwa ttieħed immedjatament lejn sptar, iżda ġie ċċertifikat mejjet mal-wasla tiegħu. 

Dan il-ġlied ġie pprojbit għalkollox minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19. Qabel il-pandemija, dawk liċenzjati setgħu jġelldu s-sriedak tagħhom fi ġranet partikolari bħalma huma l-Ħadd u festi li ma jtawlux aktar minn tlett ijiem.

B’rabta ma’ dan il-każ ġew arrestati tliet persuni u kkonfiskati sebat isriedak, xi flus u xi għodda oħra li kienet qiegħda tintuża waqt dawn il-ġlied.

Share With: