Fil-periklu tal-mewt wara li jaqa fil-komun ta’ blokka appartamenti fl-Imsida

Raġel Ingliż jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fil-komun ta’ blokka appartamenti fl-Imsida. L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tas-1.00 a.m. fi Triq E.H. Furse.

Jirriżulta li l-Ingliż, ta’ 31 sena, waqa’ bejn it-tielet u r-raba’ sular tal-blokka. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lill-paramediċi joħorġu lill-vittma mill-blokka, b’ambulanza tieħu lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet informata bil-każ u ħatret inkjesta.

Share With: