Fl-Awstralja: It-tarbija li ma baqgħetx tieħu nifs … mogħtija l-ħajja mill-ġdid minn surġent

X’sodisfazzjon. Sitwazzjoni ta’ dwejjaq kbar tinbidel għalkollox f’temp ta’ tletin sekonda.  Kollox idur ma’ tarbija ta’ għaxar xhur. Għal xi raġuni waqt li kienet m’ommha din ma baqgħetx tieħu nifs. L-omm b’paniku kbir fuqha tidħol tiġri fl-Għassa tal-Pulizija fi Gracemere fi Queensland.

Dak il-ħin xogħol ikun hemm is-Surġent Paul James, uffiċjal bi 30 sena esperjenza. Immedjatament hu għamel CPR fuq it-tarbija li għandha l-isem ta’ Lucas.

Paul James jgħid li “kienet sitwazzjoni emozzjonanti. Wara 30 sekonda it-tarbija irrispondiet għas-CPR. Kien hemm sodisfazzjon kbir minn kulħadd.”

Wara it-tarbija ttieħdet f’Rockampton Base Hospital u wara kien trasferit lejn Queensland Children Hospital fi Bribane. Instab li t-tarbija kienet qed tbati minn hypothyroidism, li hi kundizzjoni li taffettwa l-qalb. 

Share With: