Fl-Irlanda – Jinġabru sanitizers ta’ kumpanija partikolari wara li ħallew xi effetti fuq dawk li użahom

Fl-Irlanda, id-Dipartiment tal-Agrikoltura ordna biex kumpanija partikolari li timmanifattura s-sanitizers tal-idejn tiġbor il-prodotti tagħha, hekk kif numru ta’ persuni rrapportaw li wara lu użaw dan il-prodott, ġisimhom irreaġixxi b’mod negattiv.

Il-kumpanija Virapro tforni lil numru ta’ skejjel madwar l-Irlanda b’dan is-sanitizer. Kien għalhekk li l-iskejjel intlabu jieqfu jużaw dan il-prodott minħabba potenzjalment xi effetti negattivi li jista’ jkollu fuq il-ġisem.

Share With: