Frank Salt Real Estate tissieħeb ma’ Luxol u St Andrews Sports Clubs

St Andrews Sports Club ħabbru li ffirmaw kuntratt ma’ Frank Salt Real Estate li permezz tiegħu l-aġenzija tal-proprjetà saret l- isponsor il-ġdid tal-klabb għall-istaġun 2020/21. L-isponsor ikopri wkoll il-Luxol Sports Club u n-nursery tiegħu.

Il-ftehim ġie ffirmat minn Grahame Salt u Jason Falzon, President tal-Luxol Sports Club, fil-preżenza ta’ Anthony Mamo u Frank Galea, Viċi Presidenti St Andrews Sports Club, Brian Said, Coach Kap tat-Tim tal-kbar u Joseph Farrugia, Kaptan tat-Tim St Andrews Sports Club.

Il-kumpanija se tkun qed tappoġġja lil dawn iż-żewġ klabbs għall-istaġun ta’ din is-sena permezz ta’ sponsor finanzjarju. Dan apparti attivitajiet bejn l-aġenzija tal-proprjetà u l-klabbs.

Luxol Sports Club twaqqaf fl-1968 u bħalissa huwa wieħed mill-aqwa klabbs lokali, bl-aqwa nursery f’pajjiżna.  Din in-nursery tikkonsisti f’aktar minn 600 student tal-futbol.

Bħala pijunieri fil-qasam tal-proprjetà u waħda mill-iktar ditti lokali magħrufin, Frank Salt Real Estate qed taqsam l- ambizzjonijiet u l-valuri tagħna, li se jipprovdu l-pedamenti għal relazzjoni speċjali fit-tul. Flimkien se naħdmu biex inġibu esperjenzi speċjali għall-membri tan-nursery u plejers kbar tagħna. Is-sostenn tax-xena tal-futbol lokali ta ’Frank Salt Real Estate, u b’mod partikolari tal-klabbs tagħna, huwa apprezzat immens,” iddikjara l-President tal-LSC, Jason Falzon.

Frank Salt Real Estate jemmnu li bl-azzjoni tagħhom li jappoġġjaw klabbs sportivi lokali, qed jikkontribwixxu għall-benesseri tas-soċjetà, partikolarment tfal żgħar u żgħażagħ, u jgħinuhom biex jirnexxu fil-ħajja. Jifforma wkoll parti mill-etos tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpanija, billi konsistentement jagħti xi ħaġa lura lill-komunità lokali permezz ta’ inizjattivi bħal dawn.

Id-Direttur ta’ Frank Salt Real Estate, Grahame Salt iddikjara li “nemmnu ħafna fil-benefiċċji kollha tal-isports u l-importanza tal-klabbs sportivi u l-modi varji li bihom jgħinu liż-żgħażagħ jiżviluppaw fiżikament u mentalment. Sports bħall-futbol huma divertenti imma fl-istess ħin jgħallmu valuri bħad-dixxiplina, l-impenn u l-ispirtu tat-tim. Luxol dejjem kienet parti importanti mill-komunità lokali u aħna kburin ħafna li qed nappoġġjaw lil dan il-klabb u nawgurawlhom għall-istaġun!

Share With: