Futur fl-MLS għal Gerard Pique?

Id-difensur veteran ta’ Barcelona Gerard Pique għandu klawsola fil-kuntratt tiegħu li tħallih jitlaq meta jrid għalkemm ma jistax imur ma’ xi rivali diretti tal-Blaugrana.  

Il-kuntratt ta’ Pique ma’ Barcelona jiskadi fis-sena 2024 għalkemm l-għan tiegħu hu li fi ftit tas-snin oħra jmur ma’ tim ieħor bil-Major League Soccer Amerikana li tibqa’ l-iktar destinazzjoni favorita tiegħu.  

Pique ilu ma’ Barcelona sa mis-sena 2008 wara esperjenza ta’ erba’ snin ma’ Manchester United. Hu lagħab 351 darba mal-Katalani u skorja 28 goal. Huwa rebaħ kull unur li joffri l-futbol domestiku u internazzjonali filwaqt li lagħab 102 partiti mat-team nazzjonali Spanjol.  

Share With: