Futur inċert għal Mario Mandzukic

L-attakkant internazzjonali Kroat, Mario Mandzukic, qed ifittex club ġdid ma’ min jilgħab. Wara l-esperjenza ferm qasira ma’ Al Duhail fejn lagħab biss ħames logħbiet, il-plejer ta’ 34 sena reġa’ jinsab bħala aġent ħieles u minkejja kull tentattiv possibbli, ħadd ma akkwistah fl-aħħar sessjoni tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Fil-veritá fl-aħħar mumenti ta’ dan is-sessjoni tħajru għalih  ir-Russi ta’ Spartak Moscow iżda għal xi raġuni jew oħra dan it-trasferiment ma seħħx.

L-istess sit sportiv qed jgħid li Mandzukic jista’ jispiċċa jilgħab fil-Ligue 1 Franċiża meta Olympique Marseille qed iħarsu lejn il-possibbiltá li jista’ jkun sostitut denju tal-attakkant l-ieħor, Kostas Mitroglu, li bħalissa jinsab xi ftit imweġġa’.

Fil-karriera tiegħu, Mandzukic lagħab ukoll ma’ Dinamo Zagreb, VFL Wolfsburg, Bayern Munich, Atletico Madrid u Juventus.

Share With: