Ġenerazzjoni ġdida għal Fgura United

Dak li tiżra taħsad. Hekk stqarr il-president tal-Fgura United F.C, Larkin Bonnici, frisk minn diversi suċċessi f’kull livell tal-club, kemm dak tas-seniors kif wkoll dak ta’ t-tfal u ż-żgħażagħ.

L-ewwel passi

Bonnici qal kif l-ewwel żerriegħa inżergħet lura fl-1994 fejn Stefan Vella, li dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta’ segretarju, kariga li għadu jokkupa sa llum, waqqaf in-nursery tal-club. Iktar ‘il quddiem, propju fl-2012, il-club, immexxi mill-ex president Lawrence Bugeja,  għaraf jinvesti fl-infrastruttura, investiment li għadu jitgawda sal-ġurnata ta’ llumm.

Tiġdid

Bonnici stqarr li fil-kumitat hemm veterani li ilhom iservu snin u li dan jgħati garanzija ta’ stabilita’ għall-futur. Minkejja dan, Bonnici qal li s-saħħa tal-club hi propju li jaf jgħaraf jiġġedded, u kburi li minkejja li għandu biss 27 sena, qed iservi bħala president wara li serva wkoll bħala viċi-president. Miegħu ssieħbu wkoll nies validissimi, ta’ kull eta’ u minn kull professjoni, biex flimkien għaġnu riċetta li ġġib magħha esperjenza u enerġija żgħażugħa.

Ħidma kontinwa

Bonnici spjega kif f’dawn l-aħħar snin tfasslet strateġija għat-tul f’kull qasam tal-club, minn dik amministrativa, dik teknika kemm fis-settur tas-seniors kif wkoll tat-tfal, finanzjarja u kif wkoll dik soċjali u edukattiva, fejn għal l-ewwel darba inħolqot kariga ta’ Head of Social and Educational Programmes li ħa tieħu ħsieb l-iżvilupp ħolistiku ta’ tfal membri fil-klabb.

Kuraġġ u sagrifiċċju

Bonnici stqarr wkoll li l-perkors li għaraf jaqbad il-club fih ħafna ostakli u sagrifiċċji, sagrifiċċji li ftit nies jkunu lesti li jgħamlu. “Is-sagrifiċċji huma varji, li jinkludu ħafna ħin il-club, laqgħat, toqol ta’ deċiżżjonijiet u ħafna iktar. Minkejja li ngħamluh mingħajr ħlas, dan ma’ għadux passatemp. Flimkien ma’ sħabi qed mmexxu klabb b’madwar 50 impjegat, 250 tifel u żagħżugħ membru u bi spiża operativa ta’ kważi kwart ta’ miljun ewro fis-sena. Kemm hawn nies li għandom il-fibra jġorru dan il-piż fuq spallejhom fil-ħin liberu tagħhom?”. Bonnici semma kif iktar u iktar nies qed jersqu lejn il-klabb u jofru s-servizz tagħom mingħajr ħlas, u dan hu ċertifikat ieħor ta’ ħidma sfieqa li qed jgħamel il-klabb.

Riżultati

B’sodisfazzjon Bonnici qal li r-riżultati bdew jinħassu sew. “Meta bdejna dan il-proġett konna nafu li r-riżultati ħa ndumu ftit ma narawhom, hekk kif ħidmitna hi marbuta ma’ żvilupp ta’ tfal u ż-żgħażagħ, u din tirrekjedi ħin u paċenzja”. Bonnici semma’ kif fil-club tal-Fgura llumm hemm ġenerazzjoni ġdida li qed iġġib riżultati mportanti għall-klabb. Semma kif l-U19s u U15s spiċċaw fl-ewwel post tal-kampjonati rispettivi tagħhom u fejn għall-ewwel darba fl-istorja, il-club ħa jkollu grupp li ha jkun qed jikkompeti f’Sezzjoni A f’kategorija tal-Youth FA. Semma wkoll li minkejja li żdied in-numru ta’ tfal membri fil-club, minn 120 ghall iktar minn 250 f’temp ta’ ftit snin, żdied ukoll il-livell u l-kwalita’, kif fil-fatt jidher fin-numru sabiħ ta’ tfal li rnexxielu jidħol fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport. Bonnici qal kif wieħed jkun qed jonqos jekk ma jfaħħarx il-ħidma kbira li jwettqu l-coaches tal-club, kemm dawk tan-nursery, immexxija minn Claude Chetcuti, kif wkoll dawk tat-team tal-kbar, immexxija minn Kevin Vella. Bonnici qal li għat-tieni sena konsekutiva s-seniors qed jikkompetu fl-ewwel diviżjoni, fejn apparti li s-saħħa tat-team hi l-għaqda, qed jingħata spazju liż-żgħażagħ, kif juri d-debutt riċenti tal-player ta’ 17-il sena, Rhys Gove. 

Share With: