Genoa wara M’Baye Niang

Genoa se jagħmlu minn kollox sabiex f’Jannar li ġej jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant ta’ Rennes M’Baye Niang. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u ħafna jiftakruh jilbes il-flokk ta’ AC Milan.

Genoa jridu l-akkwist ta’ dan il-player għax minbarra li diġá għandu esperjenza jilgħab fis-Serie A Taljana, jista’ jgħinhom sabiex itejbu l-klassifika tagħhom. Fil-fatt bħalissa huma jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika u l-coach Rolando Maran qed ifittex attakkant bil-kwalitajiet ta’ Niang.

Huwa ilu ma’ Rennes sa mis-sena 2018 u minn dakinhar skorja 21 goal f’55 partita.

Share With: