Gianluca Frabotta: Qed ngħix f’ħolma

“Qed ngħix f’ħolma!” Dawn kienu l-kummenti emozzjonanti tad-difensur ta’ Juventus, Gianluca Frabotta, wara li l-coach tat-team nazzjonali Taljan ta’ Taħt il-21 sena, Paolo Nicolato, sejjaħlu għall-konfronti li jmiss mil-logħob ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew kontra l-Islanda u l-Irlanda rispettivament.

Frabotta għandu 21 sena u f’dawn l-ewwel partiti tal-istaġun 2020/21 il-coach ta’ Juventus ukoll tah iċ-ċans jilgħab mal-ewwel 11. Player li għal ħafna ma kienx magħruf, diġá qed juri l-kwalitajiet tiegħu u saħansitra  jista’ jġedded il-kuntratt tiegħu maċ-champions Taljani.

Jingħad ukoll li Frabotta jista’ jirdoppja s-salarju tiegħu b’dan il-ftehim fejn minn €80,000 li jaqla’ bħalissa, huwa jdaħħal ftit inqas minn €200,000. 

Share With: