Goleada minn Hibernians

Minn Cristian Muscat

Hibernians …….8

Lija Athletic ……1

F’xalata ta’ goals, Hiber­nians, ġabu fix-xejn lil Lija Athletics bl-iskor ta’ 8-1.

Kif jindika l-iskor, il- Pawlisti ddominaw għal kollox hekk kif fit-18-il minuta fetħu l-iskor meta Bjorn Kristensen xeħet cross fil-baxx fejn JOSE WILKSON TEIXEIRA tefa’ fix-xibka mingħajr wisq diffikultá.

Fil-21 minuta, huma reb­ħu pe­nalty meta mill-cross ta’ Kristensen, id-daqqa ta’ ras ta’ Ferdinando Apap ħabtet ma’ id Leon Muscat biex mill-11-il metru, JAKE GRECH ma żbaljax.

Iżda Lija għamlu reaz­zjoni u żewġ minuti wara naqqsu l-marġni tal-iskor meta mill-cross ta’ Nicholas Mclaren,  Ryan Darmanin serva lil JAVIER BRANDAN FERNANDO li minn taħt il-lasti xeħet ġewwa.

Fil-25 minuta, l-Athle­tics kienu għoddhom kisbu d-draw meta x-xutt ta’ Ja­vier Brandan Fernando minn barra l-kaxxa ħabat mal-mimduda megħjun minn save parzjali ta’ Matthew Calleja Cremona.

Iżda, fil-35 minuta kienu Hibernians li żiedu l-vantaġġ meta Shola Shodiya Haruna indirizza cross fejn BJORN KRISTENSEN ikkontrolla taj­jeb qabel skorja.

Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, kien imiss lil SHOLA SHODIYA HARUNA li jsib ix-xibka avversarja mill-cross ta’ José Wilkson Teixeira.

U jidher li huma ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fit-53 minuta, SHOLA SHODIYA HA­RUNA kien fil-post opportun biex għamilhom ħamsa permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Il-goals komplew ġejjin u fit-68 minuta, Ayrton Azzopardi, xeħet cross fil-baxx lejn RENOLD WINCHESTER li minn taħt il-lasti tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Tliet minuti wara huma skorjaw is-seba’ goal meta l-istess RENOLD WINCHESTER dar ma’  Bonnici u tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fil-ħin miżjud, huma ssiġillaw ir-rebħa meta Connor Zammit ipprovda l-assist lejn JAKE GRECH li venven xutt mid-distanza li spiċċa fix-xibka.

HIBERNIANS: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Ferdinando Apap (13-Zachary Grech 57), 4-Leandro Almeida Da Silva, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele (14-Connor Zammit 66), 11-Bjorn Kristensen (7-Ayrton Attard 57), 12-Dunstan Vella, 18-Gabriel Izquier Artiles (5-Matthew Ellul 70), 19-Shola Shodiya Haruna (9-Renold Winchester 57), 20-Andrei Agius, 23-Jose Wilkson Teixeira    – Coach: Stefano Sanderra

LIJA A: 12-Luke Bonnici, 2-Carl Joseph Cassar (13-Mc Allister Clinch 46), 4-Leon Muscat, 6-Daniel Scerri, 8-Neil Micallef, 10-Javier Brandan Fernando, 18-Ryan Darmanin (3-Pedro Luis Soares Gusso 75), 22-Juan Cruz Gill, 27-Nicholas Mclaren (14-Ryan Dalli 60), André White, 84-Valdo Goncalves Alhinho  – Coach: Joseph Galea

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Duncan Sul­tana, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Stefan Pace 

SKORERS: J. Wilskon Tei­xeira 18, J. Grech pen. 22, 91, B. Kristensen 36, S. Shodiya Haruna 51, 53, R. Winchester 69, 71, (H); J. B. Fernando 23 (L)

AMMONITI: F. Apap (H); A. White, L. Muscat, M. Clinch (L)

Share With: