Ħames players ta’ Birkirkara pożittivi għall-coronavirus

Fi stqarrija uffiċjali, il-club ta’ Birkirkara ħabbar li fl-aħħar sigħat ħames players mill-iskwadra ewlenija rriżultaw pożittiv għall-coronavirus b’konsegwenza li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwarantina mandatorja.

Fl-aħħar xhur din kienet it-tieni darba li l-iskwadra kollha tpoġġiet fi kwarantina mandatorja. Fis-sigħat li ġejjin il-club mistenni jkollu laqgħa mal-MFA sabiex tkun diskussa t-triq il’quddiem bil-probabilità tkun li l-partita ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Floriana tkun posposta.

Share With: