Hamrun S. jirbħu b’goal żewġ minuti mit-tmiem

Minn Cris Muscat  –  ritratt: Domnic Borg

Gudja United ………0

Hamrun Spartans …1

Goal żewġ minuti mit-tmiem ta’ Marcelo Barbosa ta rebħa lil Hamrun Spartans fuq Gudja United bl-iskor ta’ 1-0 biex baqgħu fil-quċċata b’punti massimi.

Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ Marcelo Barbosa iżda l-goalkeeper, Glenn Zammit, dawwar f’corner.

L-Ispartans komplew fuq l-offensiva u fl-14-il minuta, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Franklin Sasere għaddiet ftit għoli.

Fil-25 minuta, reġgħu resqu ferm viċin meta Francis Sasere, żmarkat waħdu u minn qagħda ideali kellu x-xutt tiegħu jistampa mal- wieqfa u jispiċċa barra.

Fid-39 minuta, it-team immexxi mill-coach, Mark But­tigieg, reġa’ tilef okkażjoni tajba li jsib ix-xibka meta Joseph Mbong serva lil Sasere li mill-viċin falla l-mira bi ftit.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun Spartans, komplew bl-istess ritmu u fit-53 minuta kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta Barbosa venven xutt mid-distanza li stampa mal-mimduda.

Iżda fit-58 minuta, huma qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa id-di­fensur Serb, Darko Gojkovic, wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ ftit minuti.

Gudja bdew japprofittaw mis-superjoritá numerika u fit-63 minuta, Llewelyn Cremona kellu xutt fil-baxx li ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper Guillermo Sanchez.

Mill-corner li rriżulta, reġa’ kien Sanchez li xeħet f’corner ieħor mix-xutt ta’ Friggieri. Żewġ minuti wara, Patrick Silva Mota ġie mċaħħad mill-mimduda iżda, fid-69 minuta, l-istess player safa mkeċċi għal żewġ ammoniz­zjonijiet. 

Fil-71 minuta Friggieri resaq viċin għal Gudja iżda fit-88 minuta, MARCELO BARBOSA xeħet lill-Ħamruniżi f’dellirju ta’ ferħ permezz ta’ xutt fil-baxx għar-rokna.

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 3-Jurgen Farrugia, 5-Yuri De Jesus Messias (9-Tensior Gusman 86), 7-Aidan Jake Friggieri (23-Augusto Caseres 79), 10-Llywelyn Cremona, 11-Gabriel Mensah, 16-Dale Camilleri, 17-Imanol Benac Gonzalez, 18-James Brincat (19-Neil Micallef 75), 25-Juan Andres Bolanos, 81-Patrick Silva Mota – Coach: Jesmond Zammit

HAMRUN S.: 56-Pablo Guillermo Sanchez, 4-Darko Gojkovic, 7-Joseph Essien Mbong, 17-Franklin Olanitori Sasere (9-Imanol Iriberri 74), 20-Ige Abdullahi Adeshina, 23-Elkin Serrano Valero, 28-Juan Carlos Corbalan, 30-Karl Micallef, 89-Marcelo Junior Barbosa, 91-Emerson Marcelina  – Coach: Mark Buttigieg

REFEREE: Matthew Degabriele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Darko Stankovic

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORER: M. J. Barbosa 88 (HS)

AMMONITI: J. A. Bolanos, P. Silva Mota  (GU), D. Gojkovic, E. Serrano Valero (H)

Share With: