Hamrun Spartans miżmuma

Minn Cristian Muscat – ritratt Domnic Borg

Balzan ……………..2

Hamrun Spartans ..2

F

’partita mill-isbaħ Balzan u Hamrun Spartans temmew fi draw ġust ta’ 2-2 biex issa fil-quċċata tal-klassifika hemm tliet timijiet – Gzira United, Hibernians u l-istess Hamrun. 

Proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu, fis-16-il minuta, l-Ispartans fetħu l-iskor meta Franklin Sasere niżżel il-ballun bir-ras lejn PREDRAG DJORDJEVIC li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka. 

Il-logħob żvolġa f’wieħed bilanċjat u fil-41 minuta, Balzan kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner, Steve Pisani xeħet cross għan-nofs fejn MICHAEL JOHNSON għola fuq kulħadd u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża ma żbaljax.

Tliet minuti wara, il-Ħamruniżi reġgħu ħolqu l-periklu meta Mareclo Barbosa kellu xutt salvat minn fuq il-linja fatali biex mir-rebound Djordjevic  inkredibbilment falla l-mira.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan heddew b’xutt qawwi ta’ Steve Pisani minn barra l-kaxxa iżda sab lil Jonathan Debono attent li wettaq save kbir.

Fis-57 minuta, Hamrun Spartans, tilfu ċans tad-deheb li jerġgħu imorru fil-vantaġġ meta Barbosa għadda tajjeb lejn Djordjevic li t-tentattiv tiegħu ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper sostitut, Vukasin Vranes.

Iżda 10 minuti wara, l-is­tess PREDRAG DJORDJE­VIC xeħet lill-Ispartans fil- vantaġġ meta kkonkluda bir-ras mill-cross insidjuż ta’ Matthew Guillaumier.

Madankollu, fil-85 minuta, Balzan rebħu penalty meta minn azzjoni ta’ corner, Steve Pisani xeħet cross għan-nofs, b’Samir Arab ikun pront ivenven xutt li ħabat ma’ id Ige Abdullahi Adeshina fil-kaxxa.

Mill-11-il metru nkariga ruħu AUGUSTINE LOOF li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper Ħamruniż fin-naħa opposta.

BALZAN: 1-Sean Mintoff (83-Vukasin Vranes 22), 3-Augustine Loof, 5-Samir Arab, 8-Paul Fenech, 9-Eric Lemond McWoods, 10-Steve Pisani, 11-Steve Bezzina (6-William Rupert James Donkin 84), 15-Mivahel Johnson, 18-Uros Ljubomirac, 20-Suleiman Jalu, 50-Weverton Souza Gomes (17-Alfred Effiong 72)    – Coach: Mark Miller

HAMRUN S.: 1-Jonathan Debono, 5-Matthew Guillaumier, 7-Joseph Essien Mbong, 17-Franklin Olanitori Sasere (9-Imanol Iriberri 63), 23-Elkin Serrano Valero, 28-Juan Carlos Corbalan, 29-Predrag Djordjevic (20-Ige Abdullahi Adeshina 80), 30-Karl Micallef, 89-Marcelo Junior Barbosa (10-Jorge Ailton Soares 66), 91-Emerson Marcelina, 99-Darren Borg    – Coach: Mark Buttigieg

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Chris Francalanza, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: P. Djordjevic 16, 67 (HS), M. Johnson 41, A. Loof 85 pen (B)

AMMONITI: E. Marcelina, J. Debono, E. Serrano Valero (H)

Share With: