Harry Wilson se jibqa’ ma’ Liverpool

Liverpool irrifjutaw offerta ta’ Swansea City li xtaqu jiksbu s-servizzi tal-winger internazzjonali minn Wales, Harry Wilson. Dhuwa għandu 23 sena u għalkemm ilu mar-Reds sa mis-sena 2015, dejjem kien mogħti b’self lil xi club ieħor. Tant hu hekk li f’ħames snin huwa lagħab fuq bażi ta’ self ma’ Crewe Alexandra, Hull City, Derby County u AFC Bournemouth.

Matul dan l-istaġun, il-coach ta’ Liverpool Jurgen Klopp iddeċieda li jżommu fl-iskwadra tiegħu iżda sa mill-bidu ta’ dan l-istaġun lagħab darba biss mar-Reds fit-telfa li kellhom kontra Arsenal, fl-1 t’Ottubru li għadda, liema partita kienet valida mil-League Cup.

Swansea City xtaqu jakkwistaw lil dan il-player waqt is-suq tat-trasferimenti tas-sajf bil-coach Steve Cooper jistqarr li għandu bżonn winger.

Share With: