Ħbiet l-Eroina fil-qalziet ta’ taħt f’titjiriet… Riedet il-flus biex tħallas kontijiet mediċi fuq bintha

Membru ta’ ekwipaġġ tal-linja tal-ajru, Malindo Air weħlet sentenza ħabs fl-Awstralja wara li ppruvat iddaħħal id-droga Eroina fl-Awstralja. Hi ħbieb id-droga fil-qalziet ta’ taħt.

Xejn ma kienet faċli għaliha. Zailee Zainal filfatt għamel xejn inqas minn tlett xhur titħarreġ biex timxi b’mod kunfidenti bid-droga moħbija fil-qalbiet ta’ taħt.    Filfatt hi ġarret xejn inqas minn kilo droga. Minn proċeduri li għaddejjin irriżulta li bejn Ottubru tas-sena 2018 u Jannar 2019, hi daħħlet fl-Awstralja tmien pakketti droga eroina.

Meta inqabdet, l-awtoritajiet ħasbu li id-droga kienet Marijuana u mhux Eroina. Hi iddikjarat li ppruvat iddaħħal l-Eroina biex tħallas kontijiet tal-isptar għal kura li ħadet bintha. It-tifla għandha kundizzjoni rari u kellha bżonn ħafna operazzjonijiet.

Kull darba li daħlet l-Awstralja hi kienet tgħaddi id-droga lil mara oħra, u dan kien isir fit-tojlit tal-lukanda. Hi kienet titħallas €155,000 għal kull pakkett.

Share With: