Ian Borg: Se nkomplu ninvestu f’infrastruttura ta’ kwalità

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg iddikjara li l-Gvern se jkompli  jinvesti f’infrastruttura ta’ kwalità li tagħmel spazju għall-mezzi alternattivi li qed jinċentiva.

Huwa irrimarka dan meta flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni Chris Agius kienu qed jindirizzaw lill-mezzi tax-xandir dwar il-miżuri mħabbra fil-Budget 2021 b’rabta mad-dekasteri tagħhom.

Borg sostna li fis-setturi tat-trasport, l-infrastruttura u l-proġetti kapitali hemm armonija ċara bejn it-tkabbir u l-investiment u s-sostennibilità waqt li semma kif il-Gvern se jkompli jinvesti fis-settur marittimu u fuq dak tal-avjazzjoni.

Min-naħa tiegħu Chris Agius tkellem dwar il-miżuri mħabbra fil-qasam tal-bini fosthom l-estensjoni tal-iskemi eżistenti fuq xiri u bejgħ ta’ proprjetà, il-miżura tal-‘first time buyers’, it-tnaqqis fuq il-boll u r-roħs fit-taxxa fuq proprjetà mogħtija minn ġenituri lil uliedhom b’donazzjoni. 

Huwa innota wkoll it-twaqqif tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni biex jiġi regolat aħjar is-settur tal-bini u l-introduzzjoni ta’ fond ta’ kumpen waqt li esprima l-impenn tiegħu li jkompli jaħdem u jagħti prijorità liċ-ċittadin.

Share With: