Id-Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo jirriżenja mill-Parlament biex jagħmel wisgħa lil Bernard Grech

Id-Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo ssottometta r-riżenja tiegħu mill-Kamra tar-Rappreżentanti, biex b’hekk ingħata bidu l-proċess li se jkun qed iwassal biex il-kap ġdid Nazzjonalista Bernard Grech jinħatar ukoll Kap tal-Oppożizzjoni.

Bartolo ġie elett bħala deputat f’Marzu li għadda fejn ħa s-siġġu ta’ Marthese Portelli. Intant l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista mistenni li jitlaqqa’ aktar tard illum biex Grech jiġi formalment nominat qabel ma għada jieħu l-ġurament ta’ deputat.

Huwa mbagħad mistenni li jieħu l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni nhar l-Erbgħa li għadda.

F’diskors li għamel fil-Parlament meta ħabbar ir-riżenja tiegħu bħala deputat, Bartolo appella liż-żewġ naħat tal-Kamra biex ikunu maturi u ma jkunux partiġġjani.

Huwa temm jgħid li jemmen li politiku għandu jservi u mhux jisserva.

Share With: