Il-coach nazzjonali, Devis Mangia, infettat bil-coronavirus
Il-coach tat-team nazzjonali Malti Devis Mangia jinsab f’iżolament wara li ttestja pożittiv għall-Covid-19.
Mangia kien f’kuntatt ma persuna li kien pożittiv u għalhekk qagħad fi kwarantina mmedjatament sakemm sarlu t-test u ħareġ ir-riżultat.
Il-coach nazzjonali għandu sintomi ħfief u se jibqa’ f’iżolament waqt li jsegwi l-pariri tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Ta’ min isemmi li fix-xahar ta’ Novembru, Malta se tilgħab tliet partiti … dik ta’ ħbiberija kontra Liechtenstein u tnejn mill-UEFA Nations League kontra Andorra u l-Faroe Islands.