Il-fergħat tal-BOV ta’ Ħaż-Żabbar u San Pawl il-Baħar jerġgħu jinfetħu

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti li l-Fergħat ta’ Ħaż-Żabbar u San Pawl il-Baħar ser jerġgħu jinfetħu.

Il-Fergħa ta’ Ħaż-Żabbar kienet temporanjament magħluqa wara li impjegat irriżulta pożittiv għall-COVID-19. Il-Bank ingaġġa speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet sabiex jiddiżinfetta l-Fergħa. L-Awtoritajiet tas-Saħħa taw il-konferma tagħhom li l-Fergħa hija sikura sabiex tinfetaħ mill-ġdid mit-22 ta’ Ottubru 2020. 

Il-Fergħa ta’ San Pawl il-Baħar reġgħat fetħet wara li kellu jsir xi xogħolijiet urġenti ikkawżati minn għargħar fl-inħawi. 

Il-Bank jirringrazzja lill-klijenti tiegħu għall-appoġġ tagħhom u jassigurhom mill-impenn tiegħu lejn is-sigurtà u l-benesseri tal-klijenti u tal-impjegati tiegħu.

Il-klijenti huma mħeġġa li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-Fergħa tagħhom ġietx milquta fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Ħu Ħsieb

Il-klijenti huma mħeġġa biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti. 

Biex jevitaw jistennew fi kju, klijenti li jeħtieġu servizzi mhux relatati mal-kaxxier bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu email fuq info@bov.com sabiex jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom.

Il-Bank of Valletta ifakkar lill-klijenti li meta jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.

Share With: