Il-Gvern jippubblika lista riveduta ta’ pajjiżi li jekk tivvjaġġa minnhom tirrikjedi test tal-Covid-19

Il-Gvern ħareġ lista aġġornata ta’ pajjiżi, fejn persuni li se jkunu qed jivvjaġaw minnhom lejn Malta se jkun jinħtiġilhom li jipprovdu test negattiv għall-Covid-19. It-test irid jittieħed sa 72 siegħa qabel, jew inkella jagħmel test mal-wasla f’pajjiżna, bir-riskju ta’ kwarantina.

Din il-lista riveduta tinkludi lill-Awstrija, il-Belġju (l-ajruporti kollha), il-Bulgarija, Franza (l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u ta’ Marsilja), l-Irlanda, l-Olanda (l-ajruporti kollha), il-Polonja (Gdansk u Krakow), il-Portugall (Porto), ir-Renju Unit (Belfast, Cardiff, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle), ir-Repubblika Ċeka, Spanja (l-ajruporti ta’ Madrid, ta’ Barċellona u ta’ Girona), l-Iżvizerra, it-Tuneżija, u l-Ungerija.

Il-lista riveduta ta’ pajjiżi se tidħol fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa, f’nofsillejl.

Share With: