Il-Gvern Spanjol isejjaħ stat ta’ emerġenza biex jimponi lockdown parzjali f’Madrid

Il-Gvern Spanjol illum sejjaħ stat ta’ emerġenza biex jerġa’ jdaħħal fis-seħħ lockdown parzjali għal diversi miljuni ta’ persuni fil-belt ta’ Madrid u l-madwar. Din iż-żona hija fost l-aktar milqutin fl-Ewropa mill-pandemija tal-Covid-19.

Il-Gvern qal li mas-7,000 uffiċjal żejjed tal-Pulizija se jkunu qed jintbagħtu fiż-żona għall-infurzar tal-miżuri. Madankollu ħafna mit-3.8 miljun persuna effettwati mill-miżuri imposti fil-kapitali Spanjola u tmien bliet fil-madwar ma tawx kas l-ordni tal-Gvern b’diversi saħansitra jaħtfu ċ-ċans ta’ tmiem il-ġimgħa twila biex imorru btala.

L-awtoritajiet ta’ Madrid il-ġimgħa li għaddiet waqqfu kull forma ta’ vjaġġar mhux essenzjali fiż-żona. Ir-reġjun ra r-rata tal-infezzjonijiet titla’ għal 723 każ ta’ coronavirus għal kull 100,000 persuna matul dawn l-aħħar ġimagħtejn. Din l-informazzjoni ppubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tagħmel lir-reġjun t-tieni l-akbar cluster ras għal ras wara l-Andorra.

Share With: