Il-każi attivi jaqbżu l-elf; Rapportati 112-il każ ġdid

In-numru ta’ każijiet attivi ta’ Covid-19 komplew jiżdiedu għal 1,009 wara li llum ħarġu 112 każ ġdid minn fost 2,481 swab test mentri 42 oħra fiequ mill-virus. 

Intant mill-każi ġodda li tħabbru lbieraħ irriżulta li 28 kienu membri tal-familja ta’ każijiet magħrufa, tnejn kienu kollegi tax-xogħol ta’ każi li kienu pożittivi għall-Covid-19, kien hemm żewġ każi oħrajn mill-cluster ta’ Paceville, ħames każi oħra li kellhom kuntatt dirett ma’ każi pożittivi, waqt li każ kien importat.

Bil-każijiet ġodda mħabbra lbieraħ, n-numru ta’ dawk li laqqtu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna tela’ għal 4,160.

Share With: