Il-Korea ta’ Fuq twissi dwar trab fl-arja miċ-Ċina li jista’ jġorr il-Covid-19

Il-Korea ta’ Fuq wissiet liċ-ċittadini tagħha biex ma joħorġux mill-bieb ’il barra minħabba biża’ li “trab isfar” li qiegħed itir fl-arja min-naħa taċ-Ċina jista’ jkun  qiegħed iġorr miegħu l-virus tal-Covid-19. It-toroq tal-kapitali Pyongyang kienu tista’ tgħid vojta kompletament wara din it-twissija li ħarġet.

Dan l-istat sigriet dejjem isostni li ma għandu l-ebda każ ta’ Covid-19, iżda ilu fuq allert massimu minn Jannar li għadda b’għeluq tal-fruntieri kif ukoll restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-persuni. 

S’issa għad ma hemm l-ebda evidenza li torbot dan is-sħab ta’ trab staġjonali mat-tixrid tal-Covid-19, iżda l-Korea ta’ Fuq mhux l-uniku pajjiż li jgħid li hemm rabta diretta. Il-pajjiż tat-Turkmenistan ukoll jemmen li dan it-trab jista’ jkun qed iġorr il-virus u l-uffiċjali tal-pajjiż qalu li din kienet ir-raġuni ewlenija għaliex iċ-ċittadini ġew ordnati li jilbsu l-maskli. 

Share With: