Il-Ligue 1 ikompli minkejja l-lockdown

Għalkemm mil-lum Franza se tkun qiegħda f’lockdown minħabba l-każijiet ta’ coronavirus li kulma jmur qed dejjem jiżdiedu, sar magħruf li l-football mhux se jieqaf. Fil-fatt kull sport professjonali li qed jiġi pprattikat għalissa mhux se jitwaqqaf kuntrarju għal dak li ġara fl-ewwel mewġa ta’ dan il-virus li qaleb id-dinja ta’ taħt fuq.

Fil-football se jissokta l-Ligue 1 fejn tispikka l-logħba li ċ-champions Franċiżi Paris St Germain se jilagħbu barra minn darhom kontra Nantes.

F’dawn l-aħħar 24 siegħa, Franza irreġistrat xejn inqas minn 70,000 każ ta’ persuni pożittivi għall-COVID-19 u għalhekk ġie deċiż li jittieħdu xi miżuri ta’ restrizzjoni.

Share With: