Il-maġistrati u mħallfin se jkunu jistgħu jaħdmu sa 68 sena

Il-Gvern qed jipproponi li l-età tal-irtirar tal-ġudikatura titla’ minn 65 sena għal 68 sena.

Sal-lum l-imħallfin u l-maġistrati jridu jirtiraw meta jagħlqu l-65 sena imma issa se jingħataw il-possibilità li jagħmlu tliet snin oħra għalkemm iridu javżaw minn qabel lill-Prim Imħallef bl-intenzjoni li jkomplu.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-emenda fil-liġi fis-seduta tal-Erbgħa.

Huwa irrimarka li kien il-Gvern Laburista li tejjeb il-kundizzjonijiet tal-ġudikatura bl-Oppożizzjoni qatt ma għamlet dan minkejja li kienet ilha s-snin fit-tmexxija tal-pajjiż

Share With: