Il-Ministru jqabbel lil pajjiżna ma’ pajjiżi bħall-“Greċja” fis-sitwazzjoni tal-pandemija

Il-Ministru Roderick Galdes qal li aktar milli tattakka l-iskema tal-IIP, il-Partit Nazzjonalista jista’ ma jafx fejn qiegħed għax filli jgħid tajba u filli tattakka l-istess skema.

Galdes qal li hu kburi li fil-baġit isib allokazzjoni ta’ fondi li qed tgħid lin-nies. Huwa qabel li hemm proġetti li għad iridu jitlestew. Qal li minkejja dan l-waiting list niżlet għal 700 minn dik ta’ 3,000 li wiret meta ġie elett dan il-gvern.

F’botta lill-Oppożizzjoni, Galdes qal li meta wieħed iqabbel pajjiż ma’ ieħor tajjeb li wieħed jagħmel dan fuq bosta livelli. Fost numru ta’ pajjiżi li semma’ fis-sitwazzjoni tal-Covid-19 ma setax jonqos milli jsemmi l-Greċja. Qal li tajjeb li ssir riċerka dwar l-għajnuna li qegħdin jagħtu pajjiżi bħalma huwa l-Greċja f’din is-sitwazzjoni tal-pandemija meta mqabbel mal-ġid li qed iqassam dan il-gvern.

Dwar l-abbużi, il-Ministru kkonferma li kien hemm persuni li nqabdu jabbużaw mill-ġid li pprovda dan il-gvern. Hawnhekk huwa qabel li l-awtoritajiet f’dawn il-każi jagħmlu tajjeb li jintervjenu biex iwaqqfu dawn l-abbużi.

Infatti l-awtorità tad-djar se tkun qiegħda żżid l-infurzar għax mhux aċċettabbli li jingħataw dettalji biex ikun hawn abbuż fil-benefiċċji soċjali.

Il-Ministru qal li għandu għal qalbu ħafna s-servizzi soċjali u għalhekk dawn għandhom imorru fil-bwiet ta’ min għandu l-aktar bżonnhom.

Share With: