“Il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti ċċensurati għal darba oħra… Daqqa ta’ ħarta għad-demokrazija” – IĠM

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) qal li lbieraħ, wara li l-Prim Ministru Robert Abela fliemkien mad-Deputat Prim Ministru, il-Ministru għall-Intern u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet, il-mistoqsijiet tal-ġurnalist “kienu ċċensurati għal darba oħra.” L-IĠM kompla jgħid li t-telespettaturi li kienu qed isegwu din il-konferenza, fejn fiha tħabbru numru ta’ miżuri ġodda biex jittaffa l-impatt tal-COVID-19 f’pajjiżna ma setgħux isegwu l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Dan għaliex it-trażmissjoni kienet imwaqfa appena spiċċaw jitkellmu l-kelliema.

Fl-istqarrija, l-IĠM qalet li din id-deċiżjoni għat-tieni darba f’għeluq it-tliet snin mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, hija daqqa ta’ ħarta għad-demokrazija.

Share With: