“Il-Pajjiż rebaħ. Il-PN ghażel Mexxej li jista’ jgħaqqad lill-Poplu Tagħna” – Marlene Farrugia

Wara li ftit tas-sigħat ilu tħabbar li Bernard Grech kien rebaħ it-tellieqa għal kap tal-Partit Nazzjonalista, il-membru parlamentari Marlene Farrugia ma naqsitx milli tagħmel l-ewwel reazzjoni tagħha.

Farrugia kitbet fuq il-profil tagħha “Il-Pajjiż rebaħ. Illum il-PN ghażel Mexxej li jista’ jgħaqqad lill-Poplu Tagħna.”

Fl-aħħar ġimgħat hi u żewġha kienu kkonfermaw li huma kienu jaqblu li l-PN kellu bżonn kap ġdid u qalet li “B’Delia fit-tmun naqqasna dak li ksibna fl-2017 … Għalhekk se nbiddluh”. Dakinhar hija kienet żiedet tgħid li “Delia huwa oratur u avukat prim, pero bħala mexxej la huwa kredibbli u lanqas fdat u għalhekk qegħdin jaħdmu biex ibiddluh”.

Il-Pajjiż rebah.Illum il-PN ghażel Mexxej li jista’ jghaqqad lill-Poplu Taghna.

Posted by Marlene Farrugia on Saturday, October 3, 2020
Share With: