Il-Pakistan jimblokka l-użu ta’ TikTok minħabba “kontenut immorali u indiċenti”

Il-Pakistan illum imblokka l-app soċjali TikTok minħabba li din tal-aħħar naqset milli tiffiltra kontenut “immorali u indiċenti”. Dan qalitu l-awtorità għat-telekomunikazzjoni fi stqarrija.

L-awtorità (PTA) qalet li rċeviet numru kbir ta’ lmenti minn segmenti differenti tas-soċjetà dwar il-kontenut immorali u indiċenti disponibbli fuq din l-app.

TikTok ma tat l-ebda reazzjoni immedjata għal din id-deċiżjoni.

Il-PTA qalet li TikTok ġiet informata li r-regolatur huwa lest jiddiskuti u jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu, liema deċiżjoni hija suġġetta għal mekkaniżmu sodisfaċenti min-naħa ta’ TikTok biex timmodera l-kontenut.

Share With: