Il-Papa jinnomina lill-eks-Isqof t’Għawdex Mario Grech fost il-kardinali ġodda

L-eks-Isqof t’Għawdex Mario Grech ġie nominat mill-Papa fost 13-il kardinal ġdid. In-nominazzjoni waslet wara l-ħatra ta’ Monsinjur Grech bħala s-segretarju ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Grech waqaf iservi bħala Isqof t’Għawdex ix-xahar li għadda.

Huwa se jkun l-ewwel Għawdxi li jsir kardinal. Grech, li għandu 62 sena, inħatar isqof għad-djoċesi ta’ Għawdex fl-2005, fejn kien ħa post l-Isqof Nikol Cauchi.

Bħala Kardinal huwa se jkun eliġibbli biex jivvota fil-konklavi biex jiġi elett il-papa li jmiss.

Il-kardinali l-ġodda se jkunu qed jiġu appuntati fit-28 ta’ Novembru.

Share With: