“Il-Parlament għadu ma ta xejn lura għat-telfa kbira li ġarrbet il-familja Pace” – David Agius

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius beda l-intervent tiegħu fil-Parlament billi tkellem dwar il-mewta traġika ta’ Miriam Pace f’Marzu li għadda wara li ġġarfet id-dar li fiha kienet tgħix.

Huwa enfasizza li: “dan il-parlament u l-pajjiż għadu ma ta xejn lura għat-telfa kbira li ġarrbet il-familja Pace. Nagħmel appell lill-Gvern biex verament ma jħallix din it-traġedja li seħħet lill-familja Pace tgħaddi mingħajr ma nkunu għamilna xejn.

“Appell biex ikollna analiżi ċara tad-diversi postijiet tax-xogħol fejn ikun hemm ħaddiema li jitilfu ħajjithom jew li jweġġgħu. Hemm bżonn naraw li jkollna sitwazzjoni biex naraw verament x’ġara u ssir azzjoni konkreta biex ma terġax tiġri.”

David Agius saħaq ukoll li hemm bżonn f’dan il-pajjiż inpoġġu flimkien bħala Gvern, Oppożizzjoni, nies fil-qasam tal-kostruzzjoni, l-ambjentalisti, soċjetà ċivili u naraw x’nistgħu nagħmlu biex naraw li l-isfreġju li sar fl-ambjent ta’ pajjiżna fl-aħħar snin ma jerġax isir. 

Share With: