Il-PN jitlob biex tkun iddikjarata emerġenza nazzjonali iżda jgħid li hu kontra lockdown

Fi stqarrija relatata mal-COVID-19, il-Partit Nazzjonalista qal li “l-Gvern għandu jassigura li s-servizzi u l-kura tas-saħħa ġewwa pajjiżna ma jkunux taħt  pressjoni kbira tant li din tikkrolla b’detriment għal ħajjiet tal-morda tagħna u kull min hu fil bżonn.”

Il-PN kompli jgħid li skontu, “il-contact tracing qed jitlef l-effiċjenza meħtieġa sabiex it-tixrid ikun kontenut. Is-swali li  jieħdu ħsieb il-kura intensiva huma mimlijin. Dan kollu qed iwassal messaġġ ċar, bozza  ħamra, emerġenza.”

Il-Partit Nazzjonalista għamilha ċara li minkejja kollox hu kontra lockdown, “u propju għax kontra lockdown huwa importanti li mill-aktar fis terġa’ tiġi ddikjarata emerġenza nazzjonali tas-saħħa pubblika biex is Supretendent tas-Saħħa Pubblika terġa tingħata l-awtorita’ fuq deċiżjonijiet importanti.” 

“Dan il-Gvern ma jistax jibqa’ Gvern tax-xejn m’hu xejn. Il-Gvern għandu l-obbligu jara x’inhu  l-aħjar għall-popolazzjoni tagħna. Il-ħajja ta’ ħafna tiddependi minn deċiżjonijiet f’waqthom. L-Emerġenza tas-Saħħa Pubblika għandha tkun meqjusa b’urġenza u mingħajr aktar  dewmien.”

Il-Partit Nazzjonalista kkonkluda l-istqarrija billi rringrazzja ix-xogħol tajjeb li twettaq mis-Supretendent tas Saħħa Pubblika, mill-ħaddiema tagħha kif ukoll minn dawk kollha li kienu fuq quddiem nett  joffru servizz fl-aħħar xhur. 

Share With: