“Il-Professur Gauci m’għandhiex tkun kummentatur f’sitwazzjoni fejn qed tixgħel il-bozza l-ħamra” – Deputat tal-PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li pajjiżna qiegħed f’sitwazzjoni fejn qiegħda tixgħel il-bozza l-ħamra. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Spiteri qal li hemm pazjenti li għandhom bżonn operazzjonijiet li ma jistgħux jibqgħu jistennew bħalma huma dawk tal-ortopedija u dawk li jaffettwaw il-vista.

Spiteri qal li importanti nħallu spazju fl-Isptar biex tkompli ħdima biex jiġi trattat mard mhux relatat mal-Covid-19. Huwa sostna li jeħtieġ li jkun hemm sodod siguri fl-ITU għal dawk li jkollhom bżonn dan il-perjodu wara xi operazzjoni serja.

Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit Nazzjonalista waqqaf tim li qed jaħdem fuq proposti biex titjieb is-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna.

Spiteri qal li jeħtieġ li Charmaine ma tkunx kummentatur tas-Saħħa Pubblika, iżda Direttur għax hija kapaċi ferm fix-xogħol tagħha.

Share With: