Il-Pulizija Franċiża jwettqu rejds fid-djar tal-Ministru għas-Saħħa u l-eks-PM Franċiż dwar il-pandemija tal-Covid-19

Il-Pulizija fi Franza wettqu rejds fid-djar tal-eks-Prim Ministru tal-pajjiż, l-eks-Ministru għas-Saħħa, il-Ministru attwali għas-Saħħa, u uffiċjali għoljin oħrajn, bħala parti minn inkjesta li nfetħet fir-rigward tar-rispons tal-Gvern għall-pandemija tal-coronavirus.

L-uffiċini tal-Ministeru għas-Saħħa Olivier Veran, u kif ukoll ir-residenzi tal-eks-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe, Veran u l-predeċessur tiegħu Agnes Buzyn, l-uffiċjali għas-saħħa Jerome Salomon u Sibeth Ndiaye, u l-eks-kelliema għall-President Emmanuel Macron, ġew imfittxijin mill-pulizija tal-Pulizija bħala parti mill-inkjesta.

Ir-rejds saru filgħodu wara l-President Macron indirizza lill-pajjiż fejn ħabbar il-curfews f’Pariġi u tmint iblit oħrajn bil-għan li jikkontrolla l-imxija tal-coronavirus.

Qorti speċjali ordnat inkjesta fil-mod ta’ kif il-Gvern indirizza l-pandemija tal-Covid-19 wara għexieren ta’ ilmenti minn pazjenti, tobba, gwardjani tal-ħabs, u uffiċjali tal-pulizija fost oħrajn fi Franza.

Share With: