Il-UPE b’direttivi għall-għalliema minħabba l-Covid-19

L-Unjin tal-Edukaturi Professjonali llum ħarġet direttivi għall-iskejjel tal-istat u tal-knisja wara li esprimiet it-tħassib tagħha għar-riskji li l-edukaturi qed ikunu suġġetti għalihom.

L-unjin ħeġġet lill-membri biex ma jaċċettawx tibdil fit-timetables u fl-iskeda tax-xogħol, biex ma jiġbrux flus għall-iskola, u biex ma jużawx tagħmir tagħhom għal raġunijiet ta’ xogħol.

Direttivi oħrajn maħruġin mill-UPE jħeġġu lill-membri biex ma jattendux laqgħat, appuntament jew konferenzi miżmumin barra mill-iskola, biex ma joqogħdux ma’ studenti li jkunu f’kamra ta’ iżolament minħabba deni, u biex ma jiġbrux xogħol minn studenti li jkunu morda.

Fost oħrajn il-UPE ħeġġet ukoll lill-membri biex ma jsegwux tagħlim ibridu u biex ma jsegwux studenti li ma jkunux fiżikament preżenti fil-klassi.

Share With: