Il-vittmi tal-Covid-19 jitilgħu għal 43; Imut anzjan ta’ 67 sena

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 67 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-2 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Ottubru. Huwa miet l-Isptar Mater Dei.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Share With: