Imut ir-raġel li kien jifforma parti mill-ixjeħ koppja tad-dinja

Il-Ħamis li għadda, Julio Mora, ir-raġel li jifforma parti mill-ixjeħ koppja miżżewwġa tad-dinja miet fl-iqad maġenb, il-mara tiegħu. Waldramina Quinteros, mart Julio għal dawn l-aħħar 79 sena għandha 104 sena, filwaqt li Julio kellu 110 sena.

Il-koppja Ekwadorjana, iżżewwġu nhar is-7 ta’ Frar tal-1941 u riċentament kienu ddikjarati bħala l-ixjeħ koppja tad-dinja f’età konġunta ta’ 214 sena u 358 ġurnata. Julio u Waldramina kellhom ħamest itfal, wieħed minnhom miet fl-età ta’ 58 sena, 11-il neputi, 21 pro-neputi u 9 pro-pro neputijiet.

Share With: