Imut it-tieni anzjan fl-aħħar sigħat kaġun tal-Covid-19; Iddaħħal l-Isptar illum u miet ftit wara

Anzjan ta’ 75 sena huwa t-tieni anzjan li llum miet bil-Covid-19, biex issa l-persuni li mietu f’pajjiżna kaġun tal-virus jammontaw għal 52.

L-anzjan irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fit-23 ta’ Ottubru u ddaħħal l-isptar Mater Dei aktar kmieni llum fejn miet ftit wara. L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-anzjan u appella lill-poplu biex jbqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Share With: