In-numru ta’ nies jirkupraw ikomplu jiżbqu l-każi ġodda

In-numru ta’ każi attivi matul dawn l-aħħar 24 siegħa komplew jonqsu, b’100 każ ġdid minn 3,698 swab tests filwaqt li kien hemm 165 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa qed jammontaw għal 1,825 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 20 każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, 10 każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ pożittiv għall-Covid-19, u 25 każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol.

Share With: