“Inċident biż-żiemel kien wassal għal staġnar … Kburi li kellu jkun perit Malti li jiddiżinja proġett li se jibdel il-ħajja tan-nies”

Id-Deputat Laburista Joe Mizzi fis-seduta Parlamentari ta’ dalgħodu fakkar li dan il-gvern permezz tal-Proġett tal-Marsa Junction evita sitwazzjonijiet li kellna fil-passat.

Filwaqt li faħħar lill-Ministru Ian Borg għall-ħidma tiegħu f’dan il-proġett li “tista’ tgħid wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu”, Mizzi fakkar f’sitwazzjoni partikolari fil-passat fejn minħabba inċident li fih kien involut żiemel kien hemm staġnar komplet fiż-żona tal-ajruport. Qal li jiftakar li minħabba dan l-inċidenty partikolari kien inħoloq inkonvenjent serju għal dawk li kienu se jivjaġġaw għax ma kienx hemm triq alternattiva.

Mizzi ma naqasx milli jfaħħar lill-perit Malti Raphael Abdilla li ddiżinja dan il-proġett u għal darba darbtejn qal li hu kburi li kellu jkun perit Malti li joħloq id-diżinn ta’ struttura li se tibdel il-ħajja tan-nies.

Share With: