Infestazzjoni tal-qamel fuq tifla jwassalha għall-mewt; Il-ġenituri tagħha akkużati bi krudeltà

Każ xokkanti u li qed joħloq diskussjoni seħħ fl-Istat ta’ Georgio fl-Istati Uniti. Tifla ta’ 12-il sena tiflet ħajjitha u dan qed ikun attribwit għal fatt li din kien infestata bil-qamel.

It-tifla Kaitlyn Yoziak minn Wilkinson County miet ix-xahar li għadda. Il-ġenituri tagħha, Marry Katherine ‘Katie” Horton u Joey Yozviak kien akkużati fil-qorti bi krudeltà fuq it-tifla u bi qtil. Huma se jispiċċaw jgħaddu ġuri. 

Marry Katherine ‘Katie” Horton u Joey Yozviak

Minn investigazzjoni li saret instab li tifla kienet għaddejja minn tbatija kbira għax ir-riżultati tal-awtopsja mhux kompluti.  L-investigaturi qalu li t-tifla kienet impestata bil-qamel u ma naqsux li jiddikjaraw li qatt ma raw infesstazzjoni bħal dik. 

L-investigaturi  kkonkludew li l-gdim ripetut tal-qamel wassal biex il-livell ta’ ħadid fid-demm naqas u dan ikkawża anaemia u wara wassal għall-attakk tal-qalb. It-tifla jidher li kienet ilha ma tinħasel għal jiem sħaħ. 

Share With: