Inter jirrifjutaw offerta ta’ Paris St Germain

Paris St Germain offrew lill-player ta’ nofs il-ground tagħhom Leandro Paredes lil Inter. Iċ-champions Franċiżi min-naħa tagħhom talbu lil Marcelo Brozovic biex b’hekk ikun hemm tpartit bejn iż-żewġ players.

Minkejja kollox, din il-proposta ma tantx niżlet tajjeb mad-diriġenti Interisti li min-naħa tagħhom irrifjutawha għal kollox.

Min-naħa tiegħu, Brozovic qal li minkejja li mhux dejjem ikun qed jibda mal-ewwel 11 tal-coach Antonio Conte, hu jinsab kuntent man-Nerazzurri. B’hekk ix-xewqa tiegħu hija li jibqa’ jilgħab fi Stadio San Siro.

Share With: