Ir-rivali politiċi fil-Libja jiffirmaw ftehim għal waqfien mill-ġlied permanenti

Ir-rivali politiċi fil-Libja ffirmaw ftehim għal waqfien permanenti tal-ġlied fiż-żoni kollha tal-Libja. Qalet dan il-Missjoni ta’ Appoġġ fil-Libja tan-Nazzjonijiet Uniti f’post fuq il-midja soċjali.

Wara medjazzjoni mmixxija mill-emissarju għan-Nazzjonijiet Uniti, Turco Williams, il-Kummissjoni Militari Konġunta 5+5 qalet li n-Nazzjonijiet Uniti laħqet punt importanti għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja.

Ma ngħataw l-ebda dettalji, madankollu fuq il-midja soċjali xxandar filmat b’mod dirett taċ-ċerimonja li matulha ġie ffirmat il-ftehim.

Il-Libja tinsab maqsuma bejn il-Gvern appoġġjat min-Nazzjonijiet Uniti li huwa bbażat fi Tripli, filwaqt li l-awtoritajiet rivali jinsabu bbażati fil-Lvant.

Iż-żewġ naħat huma appoġġjati minn numru ta’ milizji lokali u kif ukoll minn qawwiet reġjonali u barranin.

Share With: