Is-“Sagħtar” reġa’ magħna!

L-ewwel ħarġa tar-rivista “Sagħtar” maħruġa mill-Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT, dik t’Ottubru 2020, għadha kif ittellgħet fis-sit saghtar.org.mt. Did-darba se tkun rivista diġitali, li tista’ taqraha meta trid minn fuq kompjuter, mobile jew tablet, u tinkludi materjal varjat, informattiv, divertenti u interattiv.

Fuq is-sit wieħed jista’ jsib ukoll l-edizzjonijiet passati kollha, flimkien ma’ siltiet moqrija minn qarrejja differenti, u kultant mill-awturi stess! Is-“Sagħtar” se jibqa’ joħroġ kull xahar matul is-sena skolastika sa Mejju 2021. 

L-MUT irringrazzjat lill-kittieba, illustraturi, membri tal-bord editorjali u lill-edukaturi kollha li se jagħmlu użu minnu fil-klassi.

Share With: