Issofri ġrieħi gravi wara li taqa’ sular f’residenza

Bulgara ta’ 66 sena, sofriet ġrieħi gravi f’residenza fil-Gżira. L inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.00 p.m. fi Triq Carlo Manche’.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru nstab li l-mara waqgħet madwar sular għoli minn fetħa li kien hemm fl-art tar-residenza.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: