Jacinda Ardern, tirbaħ l-elezzjoni fi New Zealand mingħajr tbatija… Il-mod ta’ kif mexxiet lill-pajjiż fil-COVID-19 fattur ewlieni tar-rebħa


Il-Prim Ministru attwali ta’ New Zealand, Jacinda Ardem, tidher li se tkun qed tmexxi lill-pajjiż għal terminu ieħor ta’ tliet snin. Dan hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Partit Laburista fi New Zealand kaxkar l-elezzjoni fuq l-avversarji mmexxijin minn Judith Collins.

Il-fattur ewlieni għar-rebħa kbira tal-Partit Laburista u ta’ Jacinda Ardem kien il-mod ta’ kif din tal-aħħar mexxiet lill-pajjiż matul il-pandemija COVID-19. Fil-fatt New Zealand kien qieħed mill-ewwel pajjiżi li ma ddikjarax każ wieħed attiv. 

Share With: