Jack Wilshere għadu mingħajr club
Arsenal ma wrew l-ebda interess biex jerġgħu jakkwistaw lill-player internazzjonali Ingliż Jack Wilshere li għandu 28 sena.
Bħalissa huwa aġent ħieles hekk kif m’hu marbut mal-ebda club. L-aħħar li lagħab kien ma’ West Ham United fejn iddeċidew li ma jġeddulux il-kuntratt tiegħu.
Wilshere kellu xewqa li jerġa’ jingħaqad mal-club li rawmu fl-akkademja tiegħu iżda l-coach Mikel Arteta ftit deher ħerqan li jinkludi lil dan il-player fl-iskwadra tiegħu.
Wilshere lagħab ma’ Arsenal bejn l-2008 u l-2018 fejn skorja seba’ goals f’125 partita.