“Jekk se tilqa’ nies f’darek idealment kulħadd ikun liebes il-maskra”

Waqt l-aħħar aġġornamenti b’rabta mas-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, il-Professur tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci tat dettalji dwar il-pazjenti li qed jiġu assistiti.

Spjegat li fost dawn hemm 12-il persuna fit-taqsima tal-Kura Intensiva, 12 oħra li qegħdin fl-Infectious Disease Unit, 21 persuna oħra fi swali oħrajn, 19-il persuna fl-Isptar Boffa, 16-il persuna f’St Thomas, persuna f’Karen Grech u seba’ persuni fl-Isptar Good Samaritan li huwa sptar ġdid li nfetaħ għal dan il-għan.

Gauci spjegat li l-medja tal-aħħar ġranet hija dik ta’ 104 każ ġdid, ammont li jista’ jinbidel minn ġimgħa għal oħra.

Rigward ir-residenzi tal-anzjani, Gauci qalet li permezz ta’ kwarantina u ttestjar regolari tar-residenti u l-carers qed jgħin biex tiġi evitata l-firxa tal-virus.

Il-Clusters

Dwar il-clusters u mnejn ġejjin il-firxa ta’ każijiet, Gauci qalet li għadha simili għal dik tal-aħħar ġimgħat. L-ogħla rata hija dik minn residenzi fejn ikollok relazzjoni bejn persuni li jgħixu fl-istess dar.

It-tieni l-ogħla rata ġejja mill-postijiet tax-xogħol u għalhekk tajjeb li fuq il-postijiet tax-xogħol jibqgħu jinżammu l-miżuri biex tiġi evitata t-trasmissjoni.

61 każ f’Għawdex

Mill-każijiet attivi hemm 61 persuna li huma rreġistrati li jirrisjedu f’Għawdex u 1,866 f’Malta.

Il-każi ġodda

Bħala etajiet l-maġġoranza tal-etajiet huma dawk bejn l-25 sena u l-34 sena kif ukoll numru ta’ każijiet bejn l-35 sena u l-44 sena. Meta tqabbel din l-istatistika ma’ dik ta’ qabel, l-età medja ta’ dawk infettati telgħet għal 39 sena.

Żdied l-ittestjar

Charmaine Gauci tenniet tgħid li sa mill-bidu nett l-enfasi kienet l-ittestjar biex insibu dawk il-każi li qegħdin attivi biex tkun tista’ ssir l-contact tracing neċessarja sabiex ikompli jitnaqqas ir-riskju tal-firxa tal-pandemija.

Żieda fil-miżuri

Gauci tkellmet dwar il-miżuri kollha li ttieħdu fl-aħħar xhur. Qalet li n-numru ta’ nies li kienu qed jidħlu l-Isptar kienu għoljin, in-numru ta’ nies li kien hemm u għad hemm fl-ITU komplew jiżdiedu, kellhom jiddaħħlu aktar miżuri.

Il-maskri

Importanti li l-wiċċ jitgħatta sew bil-maskra. Importanti li l-maskri jintremew b’iġjene u mhux jintremew bl-addoċċ.  Skont il-liġi issa, meta persuna toħroġ mir-residenza trid tilbes il-maskra.

Għalkemm mhijiex obbligatorja,hija rrakomandat li jekk se tilqa’ xi nies għal bżonn tajjeb li kulħadd ikun liebes il-maskra sabiex nipproteġu lil xulxin. Idealment jekk dan it-tlaqqigħ isir fil-ġnien jew fuq barra, biex tkompli tnaqqas ir-riskju.

Share With: